Nas Daily jistieden 1,000 Malti għall-aħħar filmat

Il-blogger li jdur id-dinja, Nas Daily ikkonferma li se jispiċċa t-tour dinji tiegħu f’Malta u għal dan se jkun qed jistieden 1,000 Malti fil-Belt Valletta.

F’messaġġ li huwa aċċessibbli biss għal dawk li jużaw Facebook f’Malta, Nas Daily spjega li se jkun qed imexxi “avveniment kbir” li se jsir fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar.

Il-blogger ħabbar li se jkun hemm mistiedna mal-400 persuna minn madwar id-dinja u 1,000 Malti li se jingħaqdu miegħu u ma’ orkestra.

Fil-messaġġ tiegħu, Nas Daily qal li jiftakar b’ferħ kbir iż-żmien li qatta’ f’Malta u li ma setax jaħseb f’post aħjar biex itemm it-tour dinji.

Spjega li Malta hija viċin pajjiżu u għalhekk il-ġenituri u familtu jistgħu jakkumpanjawh, minbarra li qal li t-temp huwa dejjem sabiħ. Kompla jgħid li huwa faċli tikkomunika f’Malta għax in-nies kollha jitkellmu bl-Ingliż u din il-gżira ħassha verament qisha d-dar tiegħu.

L-avveniment f’Malta se jaqgħlaq l-elf ġurnata mindu beda l-vjaġġi tiegħu madwar id-dinja, fejn itella’ blog dwar il-pajjiżi ta’ minuta kull wieħed.

Il-biljetti għall-avveniment ta’ Nas Daily tas-Sibt 5 ta’ Jannar 2019 jistgħu jinkisbu b’xejn minn dan il-link.