Nar kbir jaħkem zoo fl-Ingilterra

Nar kbir ħakem iż-zoo ta’ Chester fl-Ingilterra. Il-pumpiera tat-tifi tan-nar marru fuq il-post u qattgġu sigħat sħaħ f’battalja kontra n-nar li ħakem iż-zoo. Bosta annimali rari kellhom jinħarġu mill-gaġġeġ u jitmexxew f’post aktar sigur. Ħadd mill-annimmali u l-ħaddiema ma jidher li weġġgħu.

Minn barra wieħed seta’ jara daħna sewda fis-sema kif ukol nar kbir tiela mit-tined taż-zoo. Dan ġara aktar kmieni llum. Iż-zoo b’kollox għandu mal-21,000 annimal. Dan kellu jingħala għall-ġurnata hekk kif in-nar ġie mitfi għal kollox wara nofsinhar.

Iż-zoo ta’ Chester huwa l-aktar zoo li jmorru fih nies u hu magħruf għall-kollezzjoni kbir u vasta ta’ annimali li għandu.