Nar jaħsad il-ħajja ta’ 11-il persuna fil-Ġappun

Nar f’dar għal nies bi problemi finanzjarji ħasad il-ħajja ta’ 11-il persuna fil-Ġappun.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija.
Mis-16-il persuna li kienu jgħixu fir-residenza, kienu biss ħamsa li rnexxielhom isalvaw bl-għajnuna tal-ħaddiema tas-salvataġġ.
Il-maġġoranza tar-residenti tal-binja ta’ tliet sulari huma anzjani.
L-awtoritajiet bdew investigazzjoni sabiex isibu x’kienet il-kawża tan-nar.
Lura fl-2010, seba’ persuni nqatlu f’inċident simili f’dar tal-anzjani f’Sapporo.