Nar jaħkem ċella f’Kordin

Aktar kmieni llum nar ħakem waħda miċ-ċelel tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern li spjega li minnufih il-gwardjani tal-Faċilità intervjenew sabiex jintefa n-nar u ma jkomplix jinfirex.

Sostna li ħadd ma’ weġġa’ f’din l-operazzjoni iżda tnejn mill-gwardjani tal-Faċilità ngħataw l-assistenza medika.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.