Nar fuq il-bejt tal-Università

Nirien ħakmu l-bejt tal-blokka tal-istudenti li tinsab fil-kwadranglu tal-Università ta’ Malta.
Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-blokka ġiet evakwata mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:15pm.
Min-naħa l-oħra, kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li n-nar beda minn fuq il-bejt u ma kien hemm xejn allarmanti.
Jidher li l-istudenti reġgħu qed jagħmlu użu mill-blokka. Ħadd ma weġġa' kawża ta' dan l-inċident.