Aktar kmieni llum, żviluppa nar f’kamra fuq il-bejt tal-Awtorità tad-Djar fi Triq Pietro Floriana fil-Furjana.
B’dan l-inċident kien infurmat is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-ħabta tas-1:30pm.
L-Awtorità tad-Djar sejħet għall-għajnuna lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħadu ħsieb jikkontrollaw in-nar.
Skont kelliema għas-Segretarjat Parlamentari, jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.