Nar fuq il-bejt ta’ Trump Tower

Membri tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar irnexxielhom jikkontrollaw nar li beda fuq il-bejt ta’ Trump Tower, id-dar tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump f’Manhattan.
In-nar li ġie rrappurtat għall-ħabta tas-7am (ħin lokali) żviluppa f’wieħed mill-ventilaturi u mhux ġewwa l-bini nnifsu. Il-President ma kienx ġewwa Trump Tower fil-ħin tal-inċident.
Skont il-midja internazzjonali żewġ persuni ndarbu fl-inċident.
Madwar 84 membru tat-tim tat-tifi tan-nar waslu fuq il-post. Ftit minnhom baqgħu fuq il-bejt wara li n-nar ġie kkontrollat.