Nar fuq bejt fiż-żona industrijali ta’ Ħal Qormi

​Vann ħa n-nar fuq bejt ta’ binja fiż-żona industrijali ta’ Ħal Qormi.
Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li n-nar intlemaħ ftit tal-minuti ilu.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li membri tas-CPD qegħdin fit-triq. L-ewwel rapport kien ta’ nar ġo dar.
Kelliem għall-Pulizija qal li n-nar seħħ fi Triq is-Serkin. Qal li ħa n-nar trakk.
Aktar dettalji kif jaslulna.