Nar f’Tas-Sliema u f’Raħal Ġdid

Jidher li kien hemm żewġ każijiet separati ta’ nar, wieħed f’Tas-Sliema u ieħor f’Raħal Ġdid.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li każ seħħ it-Tnejn għall-ħabta tas-7.20pm fi Triq Victoria f’Tas-Sliema. Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li l-każ kien borma li ħadet in-nar u li ntużat fire blanket.

F’każ separat jidher li qabad nar f’pastizzeria viċin iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid. Il-Kelliem għall-Pulizija ikonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tas-7.30pm. Iktar tard kelliem mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li kien il-mutur ta’ fridge.