Nar f’ristorant fil-Valletta Waterfront

Arkivji

Read in English.

Ristorant fil-Valletta Waterfront kellu jiġi evakwat hekk kif kien hemm nar li żviluppa mill-kċina u mexa mal-binja kollha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm f’Maħżen Numru 4.

Il-ħidma tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili baqgħet għaddejja għal madwar sagħtejn sakemm intefa’ n-nar kollu li wasal anke sa fuq il-bejt.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda li Triq il-Vittmi Furjaniżi fil-Floriana kellha tingħalaq. Il-ħidma biex jintefa’ n-nar bdiet mit-triq peress li l-kċina tinsab fuq in-naħa tat-triq.