Dalgħodu kien hemm nar f’residenza f’San Pawl il-Baħar iżda ħadd ma weġġa’.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li daħal rapport dwar dan fit-8.10am. In-nar qabad f’residenza fi Triq il-Mulett.
Uffiċjali tal-pulizija marru fuq il-post, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nirien. Irnexxielhom jagħmlu dan, u ħadd ma ndarab.