Karozza tieħu n-nar f’garaxx f’Għawdex

Read in English.

Karozza ħadet in-nar f’garaxx fir-Rabat Għawdex.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġie rrappurtat għall-5.50pm. L-ewwel rapport kien ta’ nar f’residenza. Għadd ta’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni (CPD) marru fuq il-post.

Kien hemm ukoll membri tal-korp tal-Pulizija.

L-inċident seħħ fiż-żona magħrufa bħala Taċ-Ċawla.