Nar f’residenza fil-Mosta

Christian Pace

Ftit qabel il-5pm żviluppa nar f’residenza fil-Mosta fejn bħalissa għaddejja ħidma mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili. L-inċident seħħ f’dar fi Triq l-Għadajjar fil-Mosta.

Jidher li persuni kienet fir-residenza fil-ħin tal-inċident. Ambulanza li kienet fuq il-post tat l-ewwel għajnuna lill-vittma minħabba d-duħħan li belgħet.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-rapport daħal fil-4.55pm u għadu mhux magħruf jekk hemmx persuni f’din ir-residenza.