Nar f’residenza f’Birżebbuġa kkontrollat

Christoph Schwaiger

Nar li qabad f’residenza f’Birżebbuġa ġie kkontrollat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ma weġġa’ ħadd.

Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija li qal lil Newsbook.com.mt li d-dar qabdet fit-2.45pm fi Triq F.M. Ferretti.

L-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili laħqu waslu fuq il-post u tfew in-nirien. Ma kienx hemm bżonn ambulanza fuq il-post.