Nar f’residenza f’Baħar iċ-Ċagħaq

Għall-ħabta tal-5.05pm l-Protezzjoni Ċivili ġiet infurmata li hemm nar f’residenza li tinsab f’Baħar iċ-Ċagħaq. Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. L-inċident seħħ fi Triq Qalet Marku f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Skont sorsi qrib il-Pulizija n-nar jidher li beda minn garaxx.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt l-inċident u informa li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.