Ritratti: Nar f’Pembroke; ir-4 wieħed fi 3 ijiem

Sarah Cassar Dymond

Nar ieħor żviluppa f’Pembroke fuq is-sit Natura 2000 biswiet l-iskola San Miguel.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li n-nar ġie nnutat mir-residenti għall-ħabta tat-2.45pm. Dan huwa r-raba’ nar fi tliet ijiem fl-istess akwati, u t-tielet wieħed f’24 siegħa. L-operazzjoni tal-bieraħ ħadet iktar minn sitt siegħat.

Għalkemm in-nar jidher li għadu żgħir hemm il-biża’ li jkompli jinfirex u jikber kawża tar-riħ, simili għal dak li seħħ l-Erbgħa fl-istess żona. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.

Il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke qal li fix-xhur li ġejjin ser jeżamina s-sit u jara kif jista’ jgħin fir-riabilitazzjoni taż-żona li nħakmet min-nirien, possibiliment anke b’introduzzjoni ta’ siġar ġodda.

Il-hsara li garrab sit miftuh biswit iz-zona ta’ San Patrizju. Grazzi kbira lil haddiema fit-taqsima tal-Protezzjoni…

Posted by Pembroke Local Council on Wednesday, August 7, 2019