Nar f’lukanda f’Tas-Sliema

Read in English.

Għall-ħabta tat-3.15pm ta’ waranofsinhar ġie rrappurtat nar f’lukanda fix-xatt ta’ Tas-Sliema. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li n-nirien qabdu fis-sulari ta’ fuq ta’ lukanda. Il-lukanda tinsab fi Triq ix-Xatt bejn Tas-Sliema u l-Gżira.

Duħħan iswed deher ħiereġ minn wieħed mis-sulari ta’ fuq. It-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.

Fuq il-post kien hemm għadd ta’ vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll ambulanza biex tassisti f’każ ta’ bżonn.

Aktar tard, il-kelliem tal-Pulizija kkonferma li ma kienx hemm persuni li nqabdu fis-sular ta’ fuq.