Filmat: Aġġornata (2): 25 persuna jingħataw għajnuna medika wara nar f’lukanda fil-Qawra

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li 25 persuna ngħataw l-għajnuna medika minħabba nar fil-lukanda Qawra Palace.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-12.50 pm fi Triq Dawret il-Qawra, fil-Qawra. Numru ta’ pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza marru fuq il-post.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li għadd ta’ persuni ngħataw għajnuna medika fuq il-post peress li belgħu xi dħaħen.

Filmat: Luke Zerafa