Aġġornata: Nar fi blokka ta’ appartamenti u uffiċini fil-Gżira

Ġie rrappurtat li hemm nar fi blokka li fiha appartamenti u uffiċini fil-Gżira.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.30pm fi Triq tas-Sliema.

Għadd ta’ membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u uffiċjali tal-pulizija jinsabu fuq il-post.

Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm min weġġa’.