Aġġornata: Jintfew in-nirien f’Monte Karmeli

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili tfew xi nar li nħoloq f'Monte Karmeli minn xi locker.
Sorsi qrib id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma ma' Newsbook.com.mt li n-nar ġie kkontrollat fi ftit ħin għax ma kienx kbir, u ma nqala' xejn gravi.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.