Nar fil-Mosta; Evakwati residenzi

Nar żviluppa fil-Mosta kmieni wara nofsinhar.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li xi ħaxix ħa n-nar fi Triq Durumblat għall-ħabta tas-1pm.Mill-ewwel rapport jidher li n-nar kien wieħed qawwi ħafna tant li deher mill-bogħod u diversi residenzi fl-awkati kellhom jiġu evakwati.

Fuq il-post issejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.