Nar fil-Gżira: Il-Pulizija tinvestiga jekk tqabbadx apposta

CPD

Il-Pulizija bdiet tinvestiga n-nar li kien hemm fi blokka ta’ appartamenti fil-Gżira biex tara jekk tqabbadx għal t’apposta.

Mal-20 persuna rċevew il-kura lbieraħ wara li ġew evakwati minn blokka appartamenti minħabba nirien. It-Times of Malta kkwotat sorsi li qalulha li numru ta’ tyres tpoġġew fil-blokka u ngħataw in-nar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt u spjega li dan seħħ fi Triq ir-Rebħa l-Kbira fl-4am. Fuq il-post marru l-Pulizija, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke ambulanzi. Waħda mill-ambulanzi ħadet mara ta’ 67 sena mill-Gżira l-Isptar Mater Dei li aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.

Intant, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweet qal li 19-il persuna rċever kura fuq il-post minħabba li kienu esposti għad-dħaħen.