Nar fil-Greċja jħalli 50 mejta u 150 midruba

REUTERS/Alkis Konstantinidis

Mill-inqas 50 persuna huma mejta u aktar minn 150 midruba meta nirien nferxu f’belt żgħira fil-Lvant tal-Greċja, b’ħafna vittmi maqbuda minn fjammi kbar.

In-nar fir-raħal ta’ Mati, madwar 29 km (18-il mil) fil-Lvant t’Ateni, huwa wieħed mill-agħar nirien li qatt laqat lill-pajjiż.

“Mati lanqas biss teżisti aktar,” qalet residenta lit-TV Skai tal-Greċja. “Rajt kadavri, karozzi maħruqa. Inħossni xxurtjata li għadni ħajja.”

Mati jinsab fir-reġjun ta’ Rafina li huwa popolari mat-turisti lokali, partikolarment mal-pensjonanti u mat-tfal fil-kampijiet tal-vaganzi.