Nar fi stabbiliment f’San Ġiljan

Stabbiliment f’San Ġiljan ħa n-nar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, iżda dan ġie kkontrollat.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan seħħ fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-5.20am.

Uffiċjali tal-Pulizija u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, u l-pumpiera rnexxielhom jitfu n-nirien. Ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.