Nar f’guest house f’Buġibba; persuna l-isptar

Peter Paul Coleiro

Għall-ħabta tas-6.15pm il-ħaddiema tat-tifi tan-nar ġew imsejħa biex jassistu f’nar li kien qed jaqbad fi kċina ta’ guest house f’Buġibba. Ir-residenti li kienu fil-guest house ġew evakwati u n-nar ġie kkontrollat mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.

Persuna li kienet ġewwa l-guest house ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba d-dħaħen li belgħet.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzjaw lill-Pulizija kif ukoll lit-tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assista f’din l-operazzjoni.