Nar f’fabbrika fil-Marsa

Nar żviluppa f’fabbrika fiż-żona industrijali tal-Marsa fi Triq Galibardi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 pm. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post. Ma kienx hemm rapporti ta’ nies li weġġgħu sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.