Nar f’dar Tas-Sliema

Ħadd ma weġġa’ wara li dar f’Tas-Sliema ħadet in-nar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Camenzuli.

Kelliema għall-pulizija qalet li d-dar kienet vojta u n-nirien ġew ikkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Dalgħodu binja abbandunata ħadet in-nar f’San Ġiljan għall-ħabta tat-8am.