Nar f’dar fl-Imtarfa; ħadd ma jweġġa’

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) kkontrollaw nar li kien hemm f’dar fl-Imtarfa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-11.30am fi Triq Antonio Ellul. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.