Nar f’dar fir-Rabat; beda minn ċilindru tal-gass

Ċilindru tal-gass kien il-kaġun ta’ nirien f’residenza privata fir-Rabat. Il-każ seħħ fit-3.10pm fi Triq il-Ħobbejża.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, hekk kif ir-residenti ħarġu ċ-ċilindru tal-gass fil-gallarija. Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post biex jitfu n-nirien.