Nar f’dar fil-Marsa; ikkontrollat

Għall-ħabta tal-5pm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jikkontrollaw nirien li ħakmu residenza fi Triq il-Marsa, il-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li n-nar ġie kkontrollat u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Għadha mhux magħrufa r-raġuni li minnha beda n-nar.