Nar f’dar fil-Ħamrun

Nar ġie rrappurtat f’dar fi Triq Barth il-Ħamrun.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li n-nar ġie rrappurtat għall-ħabta tas-7.45 pm. Ir-rapport li daħal kien ta’ forn qed jaqbad.

Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm min weġġa’ f’dan l-inċident.