Aġġornata: Nar żgħir f’dar fil-Ħamrun

Nicole Borg

Kien hemm nar żgħir f’dar fil-Ħamrun li ġie kkontrollat mill-awtoritajiet.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2 pm fi Triq San Vinċenz.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u numru ta’ pulizija marru fuq il-post.

Skont il-Pulizija n-nar kien żgħir u ġie kkawżat minn xi ħsara fis-sistema tal-elettriku. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.