Nar f’appartament fil-belt; 2 anzjani l-isptar

Ilbieraħ żewġ anzjani ddaħħlu l-isptar Mater Dei wara li fl-appartament tagħhom fi Triq Papa Piju V fil-Belt Valletta żviluppa xi nar minn ċilindru tal-gass.

Kelliem għall-pulizija qal huma rċevew telefonata għall-ħabta tas-6.15pm u minnufih ġew infurmati l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

L-anzjani sofrew xi ħruq u l-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.