Nar f’appartament f’Bormla minħabba xemgħa

Nar żviluppa f’appartament fi Triq l-Ajkla l-Bormla minħabba xemgħa, però ħadd ma weġġa’ fl-inċident, skont il-Pulizija.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.40 pm. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u kkontrollaw in-nar.