Aġġornata: 19-il dgħajsa jinqerdu f’nirien fil-Għargħur

Madwar 19-il dgħajsa nqerdu wara li ħadu n-nar f'yard fi Triq tal-Balal fil-Għargħur.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-00:50 illum. Skont il-Pulizija ħadd ma' weġġa' f'dan l-inċident.
Id-Deputat Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro qal li l-ħidma tat-tim tiegħu damet seba' sigħat. Kien hemm il-bżonn ta' 14-il ħaddiem u 180,000 litru ilma biex ġew ikkontrollati n-nirien.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li kienet instemgħet spulżjoni minn residenzi fil-qrib tal-post.
Għadu mhux magħruf x'kienet il-kawża tal-inċident.
Ritratti: Lillian Chetcuti Riolo, Marcus Lauri, Peter Paul Coleiro