Nar f’supermarket f’Santa Venera

Ħadd ma weġġa’ f'nirien li ħakmu wieħed mill-imħażen tas-supermarket Park Towers.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera, wara li ġie rrapurtat duħħan ħiereġ mis-supermarket għall-ħabta tas-6.30am.
Il-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li m’hemmx suspett li n-nar tqabbad apposta.
Ritratt: Arkivji