Nar wara pompa tal-petrol fiż-Żejtun

Nirien ħakmu l-akwati tal-pompa tal-petrol fil-limiti taż-Żejtun.
In-nar żviluppa fit-3pm fuq wara tal-pompa f’Bir id-Deheb.
Il-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li n-nar qabad f’ħofra li hemm fuq wara tal-pompa, u li l-pompa innifisha ma ħadietx in-nar.
Diversi persuni irrappurtaw daħna kbira sewda tiela fl-akwati.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Ritratt: Akrivji