Nar f’garaxxijiet f’San Ġiljan

Numru ta' garaxxijiet ħadu n-nar fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan ilbieraħ għall-ħabta tas-6:45pm.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post fejn irrnexxielhom jikkontrollaw in-nirien. Qal li għalkemm kien hemm xi żewġ vetturi, dawn ma nħarqux. Il-kelliem żied jgħid li ftit wara nofsillejl, daħal rapport minn xi persuni li raw dħaħen ħiereġ mill-post imma qal li rriżulta li kien allarm falz.
Skont il-Pulizija ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratt: Arkivji