Nar f’dar f’Ta’ Ġiorni

Għall-ħabta tal-3:45pm, dar f'Ta' Ġiorni ħadet in-nar.
L-inċident seħħ f'Triq il-Baħar l-Iswed u fuq il-post marru membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma' weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratt: Arkivji