Filmat: “Napprezzaw iktar lil uliedna” – Gillian

Gillian Attard hi personalità oħra li qed tagħżel li twassal messaġġ permezz ta’ newsbook.com.mt. Nafuha tkanta u nafuha wkoll tmexxi ħafna tfal fl-industrija tal-kant b’sehem f’ħafna festivals fejn ksibu wkoll bosta suċċessi.

Fil-messaġġ tagħha Gillian taqsam il-posittività tagħha u tħeġġeġ biex napprezzaw aktar lil uliedna f’dan il-mument fejn qed ikunu aktar magħan fid-dar. Tappella wkoll biex kemm jista’ jkun nibqgħu d-dar ħalli nkunu nsitgħu negħlbu l-Covid-19.

Segwi l-messaġġ ta’ Gillian permezz tal-filmat.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn