“Napprezzaw aktar saħħitna” – Felix

Read in English.

Iż-żeffien u politiku Felix Busuttil ħabbar pubblikament li hu u r-raġel tiegħu Daron għandhom il-coronavirus.

F’messaġġ fuq Facebook Busuttil iddeskriva l-virus bħala wieħed stramb u kiteb li ttama li jitlaq malajr bl-istess mod li daħal. Min kif kiteb jidher li lil Daron il-virus attakkah b’mod aktar sever.

Għalkemm hu żied jgħid li kellu sintomi pjuttost ħfief, xorta waħda hemm l-element ta’ ansjetà u ta’ biża’ u bosta ħsibijiet oħra.

“Speċjalment meta wieħed ikun jaf li s-sistema respiratorja tiegħu hija l-iktar ħolqa dgħajfa,” qal hu waqt li kkummenta li l-lejl li għadda kien l-ewwel wieħed fejn baqa’ mqajjem minħabba uġigħ fid-dahar u qtugħ ta’ nifs.

Waqt li qiegħed id-dar Busuttil se jkompli jaħdem fuq il-biografija tiegħu, kif ukoll iqatta’ aktar ħin mal-klieb Christine u George, isajjar u ovvjament ma’ Daron.

And I guess it is Covid-time for me too. And the experience, unpleasantness and anxiety has come to visit and hopefully…

Posted by Felix Busuttil on Sunday, November 15, 2020

Fl-appell tiegħu Felix saħaq biex napprezzaw aktar saħħitna.

Nawguraw lil Felix, lil Daron u dawk kollha pożittivi għall-coronavirus għal fejqan ta’ malajr.