Nappella biex is-servizz tal-Early Intervention Unit jerġa’ jidħol fis-seħħ – Oliver Scicluna

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li s-Servizz tal-Early Intervention Unit jinsab wieqaf jew qiegħed jingħata b’mod limitat ħafna.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Oliver Scicluna qal li jinsab infurmat li s-servizz tal-Early Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni ilu wieqaf madwar sena sħiħa minħabba direttiva tal-Malta Union of Teachers.

Scicluna spjega li dan is-servizz huwa importanti u essenzjali għall-istudenti b’diżabilità fil-bidu tas-snin bikrija tagħhom fl-iskola. Żied li dan is-servizz jippreparahom għal dak li ġej ‘il quddiem u n-nuqqas ta’ dan is-servizz joħloq inċertezzi fuq il-ġenituri u l-istudenti.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità appella biex jintlaħaq kompromess bejn il-Unjin u l-Gvern mill-aktar fis possibbli inkella l-Kummissjoni se tkun qiegħda tikkunsidra li tieħu kull azzjoni li ttiħa l-liġi.