Napoli jitilfu t-tieni logħba ta’ ħbiberija

Napoli tilfu t-tieni logħba ta’ ħbiberija li kienet organizzata fl-Amerka. Huma tilfu kontra Barcelona bl-iskor ta’ 4-0, iżda l-Coach Carlo Ancelotti donnu l-iskor m’għamilx bih. Waqt intervistà li saritlu wara l-logħba, ipprefera jiddiskuti l-preparamenti li għaddejjin minnhom bħala tim għall-istaġun li jmiss.

Wara l-logħba, Ancelotti qal li hu sodisfatt bil-prestazzjoni tat-tim fiż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija. Qal li lagħbu l-ewwel taqsima tajjeb ħafna, iżda ġew affetwati biż-żewġ gowls li kienu skont Ancellotti kienu offside. Hu kompla billi qal li jista’ jkun il-plejers kienu xi ftit għajjiena wkoll wara xahar intensiv ta’ preparamenti. Qal li apparti minn dan, ma jara l-ebda problema inkwetanti oħra.