Nannu jammetti li stupra 40 mara

Franċiż ammetta li stupra u abbuża sesswalment 40 mara fi Franza u l-Belġju, mis-snin tmenin ‘l hawn.
Ir-raġel, li hu nannu u li ilu miżżewweġ 57 sena, ġie arrestat wara li l-Pulizija rabtet il-karozza tiegħu ma’ stupru ta’ żagħżugħa fil-Belġju l-ġimgħa li għaddiet. 
Id-DNA tiegħu qablet ma’ kampjuni li nstabu wara 19-il attakk ieħor.
Il-każ ixxokkja l-belt fejn jgħix, bis-Sindku jiddeskrivieh bħala “raġel li jħobbuh in-nies”.
Għal xi żmien huwa kien imexxi klabb tal-futbol.