Filmat: Nannu, għadu miżżewweġ u sar qassis

Fr Joe Borg jintervista lill-Professur Papas Martin Zammit

Read in English.

Għandu 62 sena. Professur l-Università. Speċjalista fl-istudji tal-Lvant Nofsani. Miżżewweġ b’żewġt itfal. Martu għadha ħajja. Fil-11 ta’ Ġunju 2017 ġie ordnat saċerdot. Illum Papas tal-Kattoliċi Griegi f’Malta. Ftit ilu għammed lit-tifla tat-tifla.

Nhar il-Milied fis-5pm Fr Joe Borg jintervista lill-Professur Papas Martin Zammit waqt il-programm Newsbook Q&A. Tul l-intervista jiġu diskussi diversi aspetti tat-twemmin u l-ħajja tal-Kattoliċi Griegi b’mod partikolari dawk li hawn Malta, inkluż numru ta’ Maltin:

  • La miżżewweġ u l-mara għadha ħajja, kif sar qassis?
  • Kif ġietu l-vokazzjoni għall-qassis wara karriera twila anke bħala professur tal-Università?
  • Kif bdiet l-imħabba tiegħu mal-komunità hekk imsejħa Kattolika-Griega?
  • Kif jagħmlu l-magħmudija l-Kattoliċi Griegi?
  • L-għala dak in-nhar tal-Magħmudija jagħmlu wkoll il-preċett u l-Griżma tal-Isqof?
  • Għala jqarbnu anke lit-trabi u jqarbnuhom bil-ħobż ażżmu u bl-inbid?
  • Il-quddiesa tagħhom vera ddum ħafna?
  • X’inhuma d-differenzi bejn ir-rit Latin – li nużaw aħna – u r-rit Kattoliku Grieg?
  • X’inhi t-talba favorita tiegħu?

Segwi Newsbook Q&A nhar il-Milied fis-5pm fuq Newsbook.com.mt