Nanna tirbaħ Ford Fiesta wara li r-raġel ikkompeta f’isimha

In-nanna ta’ 68 sena, li toqgħod tas-Sliema, riċentament partet il-VW Polo li kienet ilha ssuq għal dawn l-aħħar tlettax-il sena mal-aħħar mudel Ford Fiesta, wara li rebħet il-kompetizzjoni Shop & Win ta’ The Point.
“Qatt ma rbaħt xejn f’ħajti,” qalet ir-rebbieħa Mariella Xerri de Caro. “Għadni bilkemm irrid nemmen li rbaħt karozza ġdida!”
Ir-raġel ta’ Xerri de Caro offra li jimla l-biljetti tal-lotterija wara li l-koppja qattgħu nofs ta’ nhar jixtru r-rigali tal-Milied għall-qraba tagħhom minn ħwienet ta’ ditti rinomati bħal Massimo Dutti, Debenhams u Punt Roma.
Ilona Debattista, Marketing Manager ta’ The Point, qalet li “huwa l-pjaċir tagħna li nippremjaw lill-klijenti leali tagħna.”
Il-kompetizzjoni Shop & Win ġiet organizzata minn The Point bis-support ta’ Gasan Zammit. Kull min xtara mill-ħwienet ta’ The Point tul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru ngħata biljetti promozzjonali ma’ kull €25 li ntefqu.
Il-biljett rebbieħ ittella’ nhar il-31 ta’ Diċembru 2014.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt