Aġġornata: Jitilgħu għal 59 il-mejta f’attakk f’Nairobi

F’Nairobi fil-Kenja, jitla' għal mill-anqas 59 l-għadd ta' persuni mejta u għal 200 l-persuni midruba f’attakk li seħħ minn persuni armati fiċ-ċentru kummercjali ta’ Westgate Mall. 49-il persuna għadha m'instabitx. 

Għadu mhux magħruf in-numru ta’ persuni li għadhom qed jinżammu ostaġġi.Qed jingħad li l-grupp estremista Iżlamiku Somalu Al Shabaab ħa r-responsabiltà ta’ l-attakk. Miet ukoll wieħed minn nies armati, li safa midrub fl-assalt mill-forzi tal-ordni. 

Sadanittant, il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat ikkundanna dan l-attakk u wera solidarjetà mal-Gvern u l-poplu tal-Kenja