Nainggolan se jerġa’ jaħdem ma’ Spalletti

Radja Nainggolan għażel li jingħaqad ma’ Inter Milan fi trasferiment li jinvolvi flus u tpartit ta’ plejers fejn Davide Santon u Nicolo Zaniolo mistennija jmorru jilagħbu fil-belt kapitali Taljana.

Chelsea kienu wrew interess fl-akkwist tal-midfielder Belġjan iżda l-eks plejer ta’ Cagliari ddeċieda li jibqa’ fis-Serie A.

Permezz ta’ dan it-trasferiment Nainggolan se jerġa’ jiltaqa’ mal-kowċ Luciano Spalletti wara li dawn ħadmu flimkien meta t-tnejn li huma kienu ma’ Roma. Il-plejer dinamiku ta’ 30 sena ser iwettaq it-testijiet mediċi nhar it-Tnejn u mistenni jaqla’ £3.9m fis-sena.

Nainggolan, li tħalla barra mit-tim ta’ Roberto Martinez għat-Tazza tad-Dinja, lagħab 203 logħbiet ma’ Roma minn meta ngħaqad mal-Giallorossi fl-2014 u rringrazzja lill-partitarji tar-rispett li wrewh matul l-aħħar erba’ snin.

Miġjub lilek minn Hublot