Nainggolan jirtira minn mat-tim nazzjonali Belġjan

Nainggolan

Il-midfielder qalbieni ta’ Roma ħabbar id-deċiżjoni li jirtira mit-tim nazzjonali Belġjan wara li Roberto Martinez m’għażlux sabiex jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja.
Nainggolan huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ Roma u stqarr li jinsab imnikket illi kellu jieħu deċiżjoni bħal din.
Martinez, li fil-karriera tiegħu kien ukoll kowċ ta’ Everton u Wigan Athletic, sostna li l-esklużjoni ta’ Nainggolan hija marbuta ma’ deċiżjoni teknika u li l-mod kif il- midfielder ta’ 30 sena jiġi utilizzat ma’ Roma mhuwiex addatat għall-metodu li jħaddan Martinez.
Dan ifisser li Mousa Dembele, Marouane Fellaini, Axel Witsel, Leander Dendoncker u Youri Tielemans huma l-plejers li ħa jikkompetu bejniethom sabiex jiksbu post fiss f’nofs il-grawnd.