It-Tazza tad-Dinja fuq difer

world-cup-nails

Read in English.

Natalia, artista tad-dwiefer Russa, sabet l-ispirazzjoni tagħha sabiex tiddisinja d-dwiefer ta’ sħabha mill-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.

Hija tgħix qrib Samara Arena li din is-sena se jkunu qed jintlagħbu sitt logħbijet tal-World Cup fih. Qalet li din it-tema toffri ħafna gost għaliex issib l-ispirazzjoni tagħha u tista’ tkun kreattiva.

Xogħolha huwa primarjament li tieħu ħsieb it-tfal iżda fil-ħin liberu tagħha tieħu gost tpitter id-dwiefer ta’ sħabha b’modi extravaganti. Għal din it-Tazza tad-Dinja, ibbażat id-disinji tagħha madwar il-blalen tal-futbol, il-lasti u l-bnadar nazzjonali tat-timijiet li qed jieħdu sehem.

Hija spjegat kif issibu affaxxinanti l-fatt li d-disinn tas-simbolu u l-logo tat-turnament, li hu mimli kuluri u tlellix, tista’ turih fuq difer wieħed biss.